L-effettività tat-tilqim

woman being vaccinated
© iStock

Il-kapaċità ta’ tilqima li tipprevjeni marda speċifika tiddetermina l-effettività tagħha. It-tilqim awtorizzat huwa effettiv biex jipprevjeni l-mard u jipproteġi l-popolazzjoni meta jingħata b'mod korrett.

Bħal kwalunkwe mediċina, l-ebda tilqima mhija effettiva mija fil-mija f'kull persuna mlaqqma. L-effettività f'individwu tiddependi fuq għadd ta' fatturi. Dawn jinkludu:

  • l-età tagħhom;
  • mard jew kundizzjonijiet oħra li jista' jkollhom;
  • iż-żmien minn mindu jkunu tlaqqmu;
  • kuntatt preċedenti mal-marda;
  • kif tingħata t-tilqima;
  • it-tilqima.

Pereżempju, it-tilqima kontra l-ħosba, il-gattone u r-rubella (MMR) hija effettiva ħafna biex tipprevjeni l-mard. Tipikament, din tipprovdi protezzjoni tul il-ħajja u għandha effettività ta' madwar 97-99 % fost tfal b'saħħithom li jirċievu żewġ dożi.

F'xi ċirkostanzi, persuna xorta tista' timrad anke wara li tirċievi d-dożi rrakkomandati ta' tilqima kontra dan. Dan huwa dovut għall-fatt li l-persuna ma tkunx żviluppat biżżejjed protezzjoni kontra l-marda jew minħabba li l-immunità tibda tonqos maż-żmien. Madankollu, f'dawn il-każijiet, is-sintomi tal-persuna ta' spiss ikunu anqas qawwija minn dawk mingħajr tilqima. Barra minn hekk, hemm probabbiltà anqas li jinfettaw lil oħrajn.

Benefiċċji tat-tlaqqim

Il-vaċċini jipprevjeni mard li jista’ jikkawża problemi tas-saħħa, diżabilitajiet, jew mewt. Minħabba t-tilqim ħafna mard issa huwa rari.

Page last updated 13 Mar 2020