Ir-rubella

Skeda Informattiva

X’inhi r-rubella?

Ir-Rubella (il-ħosba Ġermaniża) hija infezzjoni virali. F’individwi b'saħħithom din normalment tkun marda ħafifa. Madankollu, jekk mara taqbadha r-rubella matul l-ewwel tliet xhur tat-tqala, x'aktarx li tirriżulta f’korriment jew f’tarbija li titwieled b’disturbi konġenitali magħrufa bħala sindrome tar-rubella konġenitali (CRS). Is-CRS tista’ twassal għal truxija, katarretti u diżabilitajiet fit-tagħlim fit-tarbija.

Symptoms of rubella

X’inhuma s-sintomi tar-rubella?

Sa 50 % tal-persuni infettati bir-rubella ma jesperjenzawx sintomi. Meta s-sintomi jidhru, dawn jikludu:

  • raxx aħmar;
  • għoqiedi limfatiċi minfuħa madwar il-widnejn u f’wara tar-ras;
  • uġigħ u infjammazzjoni tal-ġogi fl-adulti.

X’inhuma l-kumplikazzjonijiet tar-rubella?

Il-konsegwenzi għan-nisa tqal li mhumiex imlaqqma li taqbadhom ir-rubella huma partikolarment severi, probabbli minħabba l-fatt li l-marda waqt it-tqala tista’ twassal għal korriment jew CRS fit-trabi tagħhom.

family illustration

Kif tinfirex ir-rubella?

Il-virus tar-rubella jinfirex minn taqtiriet fl-arja li jiġu prodotti meta l-persuna infettata tisgħol u tagħtas.

Min qiegħed f’riskju li taqbdu r-rubella?

Kull min għadha ma qabditux il-marda jew min ma kienx imlaqqam bil-vaċċin MMR qiegħed f’riskju li taqbdu r-rubella.

Baby being vaccinated

Kif tista’ tiġi pprevenuta r-rubella?

L-unika protezzjoni kontra r-rubella hija t-tilqim. Il-vaċċin MMR (il-ħosba, il-gattone u r-rubella) huwa vaċċin ikkombinat li jipproteġi kontra l-ħosba, il-gattone u r-rubella. Il-vaċċin MMR huwa sikur u effikaċi u ma tantx għandu effetti sekondarji. Ġew irrapportati reazzjonijiet ħfief bħal deni, ħmurija jew nefħa fuq is-sit tal-injezzjoni. Xi reċipjenti tal-vaċċin jiżviluppaw raxx ħafif mhux infettiv li jixbah lill-ħosba, tipikament bejn sebat ijiem u 14-il jum wara t-tilqima, li jisparixxi bejn jum u tlett ijiem wara.

Għall-protezzjoni massima huma meħtieġa żewġ dożi tal-vaċċin. Fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej l-ewwel doża tingħata meta t-tarbija jkollha bejn 10 xhur u 18-il xahar. It-tieni doża tista’ tingħata xahar jew aktar wara l-ewwel doża, f’konformità mal-iskeda ta’ tilqim nazzjonali.

In-nisa li beħsiebhom joħorġu tqal għandhom jivverifikaw l-istatus ta’ tilqim tagħhom, peress li ma jistgħux jitlaqqmu kontra r-rubella matul it-tqala.

Kif tiġi kkurata r-rubella?

Ma teżisti l-ebda kura speċifika għar-rubella. Il-kura għandha l-għan li ttaffi s-sintomi.

 

Għal aktar informazzjoni ara s-sit web tal-ECDC: https://www.ecdc.europa.eu/en/rubella/factsheet (EN)

Nota: L-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva hija maħsuba għall-iskop ta’ informazzjoni ġenerali u ma għandhiex tintuża bħala sostitut tal-għarfien espert individwali u tal-ġudizzju ta’ professjonist fil-kura medika.

Aktar skedi informattivi

Influwenza

Fatti ewlenin dwar l-Influwenza, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u l-kura.

Marda meningokokkali

Fatti ewlenin dwar il-mard meningokokkali, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif jinxtered, il-prevenzjoni u t-trattament.

Mpox

Fatti ewlenin dwar il-Mpox, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u t-trattament.

Page last updated 13 Mar 2020