Tilqim
It-tilqim jipproteġi lin-nies kontra mard infettiv serju u ta’ periklu għall-ħajja, bħall-influwenza, id-difterite, it-tetnu, il-pertussis (is-sogħla konvulsiva), il-ħosba, il-gattone, ir-rubella (il-ħosba Ġermaniża), il-mard meningokokkali, il-mard pnewmokokkali invażiv u l-poljo.
Kull sena, tilqima tevita li 2.7 miljun ruħ madwar id-dinja jkollhom il-ħosba, miljun milli jkollhom il-pertussis u żewġ miljun tarbija milli jkollhom it-tetnu (1).
Fil-passat, bosta nies kienu jmutu b’mard li issa jista’ jiġi evitat permezz tat-tilqim. In-nies kienu jbatu wkoll b’mod komuni minn kumplikazzjonijiet relatati mal-mard, bħala għama minħabba l-ħosba u trabi li jitwieldu torox, katarretti jew diżabilitajiet fit-tagħlim minħabba li ommijiethom kienet taqbadhom ir-rubella waqt it-tqala. Il-poljo - kif jiftakru ħafna nies li twieldu qabel is-sittinijiet - kienet kawża ewlenija ta’ mewt, paraliżi u diżabilitajiet tul il-ħajja fl-Ewropa u f’reġjuni oħra.
Kemm jittieħed mard differenti?
Sors: Plotkin S, Orenstein W, Offit P. Vaccines.
Fifth Edition 2008, Elsevier Inc.
It-tilqim jgħin jipprevjeni t-tifrix tal-mard fil-komunitajiet. Meta perċentwal kbir ta’ popolazzjoni jiġi mlaqqam, il-mard infettiv ma jistax jinfirex faċilment. Din hija magħrufa bħala “immunità komunitarja” (li tissejjaħ ukoll “immunità bħala grupp”). It-tilqim jista’ jelimina l-mard jew inaqqas in-numru ta’ każijiet ġodda b’mod konsiderevoli.
Bis-saħħa tat-tilqim:
- il-ġidri r-riħ issa nqerdet fid-dinja kollha;
- it-tixrid tal-poljo ntemm fil-biċċa l-kbira tal-partijiet tad-dinja, inkluż l-Ewropa.
It-tilqim jipprevjeni wkoll l-iżvilupp ta’ ċerti tipi ta’ tkabbir ta’ qabel il-kanċer u kanċers, pereżempju:
- it-tilqim kontra l-virus tal-papilloma umana (HPV) jista’ jgħin biex jipprevjeni kanċer ċervikali u kanċers oħrajn ikkawżati mill-infezzjoni tal-HPV;
- it-tilqim kontra l-epatite B jista’ jipprevjeni l-kanċer tal-fwied ikkawżat minn infezzjoni tal-epatite B fit-tul.
Il-programmi tat-tilqim għandhom benefiċċji usa’ għas-soċjetà. Dawn jgħinu biex inaqqsu l-piżijiet soċjali, psikoloġiċi u finanzjarji tal-mard fuq in-nies u l-gvernijiet, inaqqsu l-pressjonijiet fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura soċjali u jippermettu lin-nies iwettqu attivitajiet produttivi li jinkludu l-edukazzjoni u l-impjieg.
It-tilqim huwa l-aħjar mod ta’ kif tinkiseb l-immunità kontra mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim, għall-kuntrarju tal-immunità li tinkiseb meta wieħed taqbdu l-marda. It-tilqim jipprevjeni lin-nies milli jkollhom is-sintomi tal-marda, li jistgħu jkunu severi.
--------------------------------------------------------------------
Referenzi:
(1) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/MEMO_18_3458
Benefiċċji tat-tilqim għall-individwi
Tgħallem kif il-vaċċini jipproteġu lill-individwi minn mard serju u ta’ periklu għall-ħajja.
Il-benefiċċji tat-tilqim għall-komunità
Sir af kif il-vaċċini jgħinu biex jitnaqqas it-tixrid tal-mard fil-komunitajiet, u jgħinu biex tiġi stabbilita l-immunità kollettiva.
Meta għandu jsir it-tilqim
Sib skedi nazzjonali tat-tilqim għall-pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE li joffru tilqim għal etajiet u popolazzjonijiet speċifiċi.