Benefiċċji tat-tilqim għall-individwi

a girl with a newborn child
© iStock

It-tilqim jipproteġi lill-individwi kontra mard li jista’ jkollu konsegwenzi serji fuq saħħithom, pereżempju:

  • id-difterja toqtol 1 minn kull 10 persuni li taqbadhom, anki jekk tiġi ttrattata (1);
  • kważi 9 minn kull 10 trabi li jitwieldu minn ommijiet li kellhom ir-rubella fil-bidu tat-tqala, se jbatu minn sindrome ta’ rubella konġenitali (b’kondizzjonijiet bħal nuqqas ta’ smigħ, katarretti u diżabilitajiet fit-tagħlim) (2);
  • il-marda meningokokkali toqtol 1 minn kull 10 persuni milquta, anki b’dijanjożi u trattament mill-ewwel, filwaqt li problemi li jinkludu insuffiċjenza newroloġika jew fis-smigħ u qtugħ ta’ parti tal-ġisem iseħħu f’sa 20 % ta’ dawk li jibqgħu ħajjin (3);
  • il-ħosba tittieħed ħafna u 3 minn kull 10 persuni milquta jiżviluppaw kumplikazzjonijiet (4), li jistgħu jinkludu infezzjoni tal-widnejn, dijarea, pulmonite u enċefalite (infjammazzjoni tat-tessut tal-moħħ);
  • il-pertussis (sogħla konvulżiva) tista’ partikolarment tkun serja fit-tfal żgħar, u tikkawża episodji ta’ ħin twil fejn wieħed jisgħol li jistgħu jerġgħu jseħħu sa xahrejn. Il-kumplikazzjonijiet jinkludu pulmonite, enċefalopatija (marda tal-moħħ), aċċessjonijiet u anki mewt (5).

Din il-lista b’eżempji tinkludi mard li t-tilqim tiegħu huwa inkluż fil-programmi nazzjonali tal-immunizzazzjoni, u/jew jingħata lil persuni li jitqiesu li jinsabu f’riskju ogħla li taqbadhom il-marda.

--------------------------------------------------------------------

Referenzi:

(1) Skeda informattiva tal-ECDC - Id-Difterja (EN): https://www.ecdc.europa.eu/en/diphtheria/facts

(2) Skeda informattiva tal-ECDC - Is-Sindrome ta’ Rubella Konġenitali (EN): https://www.ecdc.europa.eu/en/congenital-rubella-syndrome/facts

(3) Skeda informattiva tal-ECDC - Marda meningokokkali (EN): https://www.ecdc.europa.eu/en/meningococcal-disease/factsheet

(4) Pink Book tas-CDC tal-Istati Uniti – Il-Ħosba (EN): https://www.cdc.gov/vaccines/pubs/pinkbook/meas.html

(5) Skeda informattiva tal-ECDC – Il-Pertussis (EN): https://www.ecdc.europa.eu/en/pertussis/facts

Meta għandu jsir it-tilqim

Sib skedi nazzjonali tat-tilqim għall-pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE li joffru tilqim għal etajiet u popolazzjonijiet speċifiċi.

Page last updated 13 Mar 2020