Tilqim obbligatorju jew irrakkomandat

Kull pajjiż tal-UE/taż-ŻEE jimplimenta l-programm ta’ immunizzazzjoni tiegħu stess. Il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE joffru t-tilqim fuq bażi rrakkomandata. Fi 12-il pajjiż tal-UE/taż-ŻEE, it-tilqim tat-tfal kontra ċertu mard huwa obbligatorju, għalkemm vaċċini differenti huma meħtieġa bħala obbligatorji f’dawn il-pajjiżi.

Il-pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE kisbu rati għoljin ta’ kopertura ta’ tilqim permezz tat-tilqim obbligatorju u dak mhux obbligatorju.

Kull pajjiż tal-UE/taż-ŻEE jiddeċiedi jekk it-tilqim huwiex obbligatorju jew volontarju fit-territorju tiegħu. Il-gvernijiet nazzjonali jikkunsidraw fatturi bħas-sistemi tas-saħħa, is-sistemi legali u n-normi kulturali tagħhom.

Informazzjoni dwar liema pajjiżi għandhom tilqim obbligatorju tinsab fl-Aġenda tal-Vaċċini.

Tilqim ta’ rkupru u boosters

Tgħallem aktar dwar it-tilqim ta’ rkupru u l-boosters, mogħtija fil-każ ta’ dożi maqbuża jew ta’ immunità li tbatti.

Page last updated 13 Mar 2020