Il-komponenti tal-vaċċin

Vaccine components

Minbarra antiġene wieħed jew aktar, jista’ jkun hemm komponenti oħra f’vaċċin, skont it-tip ta’ vaċċin.

Dawn jinkludu:

  • stabilizzaturi: biex il-komponenti tal-vaċċin jinżammu stabbli;
  • aġġuvanti: dawn itejbu r-reazzjoni immuni għall-vaċċin billi jagħmlu r-reazzjoni aktar b’saħħitha, aktar rapida u aktar sostnuta maż-żmien – eżempju tagħhom huwa l-aluminju;
  • eċċipjenti: dawn huma ingredjenti inattivi, bħall- ilma, jew il-klorur tas-sodju (melħ), kif ukoll il-preservattivi  jew l-istabbilizzaturi li jgħinu lill-vaċċin jibqa’ l-istess matul il-ħżin, u b’hekk jinżamm attiv.

Il-komponenti kollha tal-vaċċin jiġu kkontrollati b’mod konsistenti biex jiġi żgurat li jkunu preżenti f’livelli li ntwera li huma sikuri. Ir-regolaturi jivverifikaw li l-benefiċċji tagħhom jiġu ppeżati kontra r-riskju ta’ kwalunkwe reazzjoni għalihom.

F’xi tipi ta’ vaċċini jista’ jkun hemm ukoll traċċi ta’ sustanzi oħra użati fil-proċess ta’ manifattura, bħall-albumina tal-bajd (proteina li tinsab fil-bajd) jew in-neomiċina (antibijotiku).

Kull meta dawn is-sustanzi jkunu preżenti f’livell li jista’ joħloq reazzjoni f’individwu sensittiv jew allerġiku, il- preżenza tagħhom tiġi ddikjarata fl-informazzjoni pprovduta għall-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti dwar il-vaċċin. Pereżempju, il-fuljett ta’ tagħrif jiddikjara jekk hemmx prekawzjonijiet speċjali għall-użu ta’ vaċċin f’persuni b’ċerti allerġiji, bħal vaċċini inkluż traċċi ta’ bajd f’persuni b’allerġija għall-bajd.

Page last updated 17 May 2021